L-Organisation for Economic Development (OECD) wissiet li l-gwerra tal-Ukrajna kapaċi taqta’ l-iżvilupp ekonomiku b’aktar minn punt perċentwali fuq livell globali.
Dan fost rapporti li l-effetti l-proprja tal-gwerra għandhom jinħassu fl-ewwel sena wara l-invażjoni tal-Ukrajna.
Sadanittant, l-OECD sostniet li l-impatt ekonomiku mill-konflitt attwali jista’ jirriżulta anki f’riċessjoni profonda fir-Russja, f’każ li l-Kremlin jippersisti bl-azzjonijiet militari fl-artijiet tal-ġar.
Għalkemm ir-Russja u l-Ukrajna jikkostitwixxu biss perċentwali żgħira tal-ekonomija globali, iż-żewġ pajjiżi huma produtturi ewlenin tal-materja prima.
L-OECD, għaldaqstant, qed tgħid li l-prezzijiet madwr id-dinja. ‘il quddiem, jistgħu jiżdiedu b’madwar 2.5 fil-mija b’riżultat ta’ din il-gwerra.
//= $special ?>

