Il-potenzjal li l-gwerra tal-Ukrajna tinfirex għal pajjiżi oħra sar aktar reali minħabba l-possibbiltà li l-missili tar-Russi jolqtu l-artijiet tal-Polonja, membru tan-NATO, u bil-konsegwenza li l-Alleanza tal-Punent tidħol f’konflitt armat mar-Russja.
Il-Polonja taqsam fruntiera mal-Ukrajna u l-pajjiżi tal-Punent huma konxji mill-periklu ta’ gwerra aktar mifruxa – tant li s-Segretarju tad-Difiża tar-Renju Unit, Ben Wallace, ikkonferma li pajjiżu se jistazzjona sistema tal-missili tat-tip Sky Sabre fit-territorji tal-Pollakki.
Ingħad ukoll li r-Renju Unit se jżomm mal-100 suldat fuq standby fil-Polonja anki waqt qed ikomplu n-negozjati għall-paċi bejn il-Gvern Ukren u r-rappreżentanti tal-Kremlin.
//= $special ?>

