Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022

“Irrid nagħti iktar valur lis-settur tal-volontarjat” – Bernard Grech

Waqt li kien qed jindirizza attività politika li saret fil-lokalità tal-Imqabba, il-Kap tal-PN Bernard Grech fakkar fil-ġidba li kien ħareġ dwaru l-Prim Ministru Robert Abela meta kien qal li hu kien se jabbanduna lill-ħames distrett. Prim Ministru li beda din il-kampanja b’gidba u se jispiċċaha b’gidba.

Huwa fakkar kif kien Gvern Nazzjonalista li ħoloq il-freeport.. kif se jiġri wkoll fl-ħolqien tat-trakka. Huwa qal li taħt Gven Nazzjonalista se jkun qed jitnaqqas l-inkonvenjent li qed isir mill-Freeport fejn se jinvesti biex l-operat tal-Freeport jaħdem b’inqas inkonvejent għall-poplu ta’ B’Bugia. Dwar it-trakka huwa qal li li filwaqt li jrid jara li d-dilettantinjwettqy l-ħolma tagħhom se jara li l-pjanti jkunu kif suppost u jsir l-ilqugħ kollu meħtieġ biex ikunu rispettati l-ġirien kollha ta’ madwar it-trakka.

Dwar il-festi, Bernard Grech qal li Gvern Nazzjonalista se jtejjeb il-qafas leġiżlattiv li jirregola l-ħidma tan-nar wara konsultazzjoni mal-license holders kollha tal-kmamar tan-nar, kemm dawk li huma tal-għaqdiet kif ukoll dawk privati. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju tkun diskussa u deċiża r-responsabbiltà li jrid jibqa’ jagħmel tajjeb għaliha l-license holder tal-kamra tan-nar.

Il-Kap tal-PN qal li wara konsultazzjoni mal-entitajiet kollha konċernati, se jkunu riveduti r-regolamenti dwar il-ġarr tan-nar biex nadottaw mudelli stabbiliti fl-Unjoni Ewropea filwaqt li nirrevedu wkoll il-proċeduri kollha marbuta mal-ħruq tan-nar, inkluż li tkun simplifikata l-proċedura tal-ħruq ta’ nar waqt il-prova.  Appart dan tal-anqas darbtejn fis-sena jsir festival tal-logħob tan-nar biex iservi ta’ inċentiv għall- kmamar tan-nar filwaqt li ngħinu lill-kmamar tan-nar jesportaw il-logħob tan-nar lejn pajjiżi oħra. 

Proposti oħra huma li jsiru emendi fil-liġi tal-VAT, biex kmamar tan-nar ikunu jistgħu japplikaw ħalli jieħdu r-refunds tal-VAT fuq l-ispiża li jkunu għamlu filwaqt li f’dawk il-postijiet fejn m’hemmx kmamar tan-nar, ser nagħtu għotja ta’ €3,000 fis-sena biex ngħinu lil dawk l-għaqdiet jorganizzaw il-festi tagħhom.

U biex jittaffa l-piż tal-burokrazija, issir klassifikazzjoni ġdida biex għaqdiet bħalma huma każini tal-baned, tal-kmamar tan-nar, tal-armar tal-festa jew tar-regatta, ikunu klassifikati b’mod li l-obbligazzjonijiet legali ma jkunux daqstant burokratiċi, kif ukoll il-ġbir tal-flus taħt ċertu ammonti jkun simplifikat. Apparti dan jiddaħħal sussidju fuq kirjiet kummerċjali ezistenti u fuq l-ispiża ta’ kontijiet tad-dawl u l-ilma f’fondijiet li jkunu jintużaw minn dawn l-għaqdiet.

Bernard Grech fakkar kif illum stess Robert Abela reġa’ ħarab minn dibattitu miegħu, fejn minflok wieġeb għad-domandi tal-istudenti tal-Junior College, mar attivita politika partiġjana.

Huwa qal li llum għandna konferma oħra li Robert Abela kiel b’żewġt iħluq waqt li kien konsulent legali tal-MEPA. Kien jieħu 28,000 ewro fix-xahar u sa issa nafu b’żewġ okkażjonijiet li kumbinazzjoni wasslu biex qallgħuh l-eluf b’abbuż tal-pożizzjoni li kien jokkupa.  L-ewwel fil-kaz ta Christian Borg, fejn daħal f’kuntratt għal biċċa art fil-jum li fih ħareġ il-permess tal-art li wara ċedieh lil allegat kriminal. Issa sirna nafu li għamel kuntratt għal villa ODZ ħamest ijiem wara li ħareġ il-permess li qatt ma messu ngħata.

Villa li ddikjara li xtara 600,000 ewro li bil-permess li nħarġilha ġiet tiswa mill-inqas 2 miljun ewro. Jiġifieri apparti s-28,000 ewro li kien jieħu fix-xahar sa’ issa nafu li gwadanja mal-miljun u nofs ewro f’żewġ deals.

Bernard Grech fakkar kif il-Partit Laburista għaddej b’kampanja ta’ xiri ta’ voti…. juża kollox u lil kulħadd l-aqwa li fis-26 ta’ Marzu jieħu l-vot tiegħek.

Huwa qal li mal-Partit Nazzjonalista kulħadd se jkun jista’ jaħdem… partit li tgħallem mill-passat… partit li jrid li jkun hemm level payingfield… partit li jinsab ma’ kulħadd sabiex pajjiżna jkollu futur aħjar.

Normal
0

false
false
false

EN-US
X-NONE
X-NONE