Ambjent Elezzjoni 2022 Lokali

“Irridu nindirizzaw il-problemi tal-lokalità tiegħek” – Bernard Grech

Il-kampanja tal-PN Miegħek. Għal Malta llum komopliet ukoll fil-Fgura, fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech saħaq li jrid politika li tindirizza l-problemi tal-lokalità tiegħek.

Bernard Grech saħaq li l-politika ssir iva fuq livell Nazzjonali, imma trid issir ukoll fuq livell lokali. Huwa qal li PN fil-Gvern irid jindirizza l-bżonnijiet tal-lokalità fejn toqgħod, fejn toħroġ biex tiddevertim fejn tmur tixtri. Politika li tkun verament imdawra mal-persuna.

Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar il-bżonn li nindirizzaw il-problema tat-traffiku. Qal li l-karozza hija bżonnjuża imma rridu nifhmu wkoll li t-twessigħ tat-toroq waħdu kien falliment. Allura, qal Grech irridu mmorru għat-trasport tal-massa effiċjenti. Huwa qal li t-Trackless Tram huwa soluzzjoni nadifa u effiċjenti.

Proposta li tikkuntrasta bil-kbir ma dik tal-Labour li nefaq 2.5 miljun ewro għal presentazzjoni u billboards u issa qed jgħidulna li għad iridu jagħmlu l-istudji biex jaraw jekk il-metrò hijiex viabbli.

Bernard Grech qal li ma jiswa xejn li issa wara li qerdu l-ambjent tal-Labour qed jgħid li se jiżra s-siġar, imbagħad għad għandek persuni li l-ambjent tad-dar tagħhom mhuwiex san, b’nuqqasijiet anke a detriment tas-saħħa tagħhom.

Huwa saħaq li Gvern ġdid Nazzjnalista jiggaramtilek livell ta’ ħajja aħjar li jħallik tgawdi lill-għeżież tiegħek u l-ħin liberu tiegħek, u ħeġġeġ lil kull min għandu dritt jivvota jagħżel Gvern Nazzjonalista li huwa Miegħek. Għal Malta.