L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal laqgħet il-proposta tal-Partit Nazzjonalista dwar il-bini ta’ Futsal Arena ġdida. Dan l-investiment fl-iżvilupp ta’ Futsal Arena ġdida se jgħin fl-iżvilupp ta’ dan l-isport biex jilħaq livelli għola fuq skala internazzjonali.
Il-Partit Nazzjonalista laqa’ l-proposta tal-President tal-FMA Mark Borg sabiex tinbena faċilita’ sportiva ġdid bil-għan li jkomplj jikber dan l-isport f’pajjiżna. Din hija waħda minn fost ħafna proposti dwar l-isport mill-Partit Nazzjonalista fejn jinsab inpenjat biex jeleva l-isport fejn jixraqlu.
Fost aktar proposti tal-PN dwar l-isport se jagħti status Ministerjali lill-isport u se jitqies bħala settur ekonomiku ewlieni, bil-bini ta’ Kampus Malti għall-Innovazzjoni Sportiva. Permezz ta’ dan il-kampus, il-PN jinsab kommess li jkompli jsaħħaħ il-ħiliet tal-atleti bil-għan li jtejbu l-prestazzjonijiet tagħhom fuq livell internazzjonali.
Il-PN se jkun qieħed jgħin ukoll persuni rreġistrati bħala plejers, atleti, kowċis, amministraturi tal-attivitajiet sportivi u dawk li jħarrġu f’xi dixxiplini sportivi, fejn se jkunu eliġibbli għal rata tat-taxxa ta’ 5% fuq l-ewwel €80,000 dħul tagħhom.
Aktar proposti tal-PN dwar l-isport hawnhekk: https://netnews.com.mt/2022/03/13/il-propsti-tal-partit-nazzjonalista-dwar-l-isport-jelevawh-fejn-jixraqlu-pn/
//= $special ?>