Elezzjoni 2022 Lokali

“Il-proposti tal-PN se jinċentivaw l- investiment u joħolqu iktar xogħol ta’ kwalità” – Bernard Grech

Robert Abela jerġa' jaħrab minn dibattitu ma' Bernard Grech

Dalgħodu l-Kap tal-PN Bernard Grech ħa sehem f’dibattitu organizzat mill-Junior College. Dibattitu li għalih il-Prim Ministru Robert Abela ma attendiex.

Bernard Grech irrakkonta l-esperjenza tiegħu meta kien sixth form il-Junior College. Irrakkonta li huma kienu l-ewwel sena li kien beda s-Systems of Knowledge… suġġett li tah perpsettiva ġdida lejn is-soċjetà.

Carmel Cacopardo qal li l-Gvern ta’ Robert Abela mhux jiddintingwi bejn il-fuzjoni tiegħu ta’ Gvern u ta’ Partit.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li l-Gvern f’dawn l-aħħar snin kien qed jikkonċentra fuq li jkabbar l-ekonomija askiptu tal-ambjent ta’ madwarna.

Saħaq li l-pilasatru ewlieni tal-programm elettorali tal-PN huwa bbażat fuq il-ħolqien tal-ġid permezz ta’ għaxar setturi ekonomiċi ġodda. Bernard Grech qal li l-PN tkellem ukoll dwar l-għajnuna li għandha tingħata lill-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda… il-bdiewa jkollhom l-art tagħhom filwaqt li tingħatalhom iktar għajnuna finanzjarja,

Huwa qal lil-Partit Nazzjonalsita huwa kontra l-bejgħ taċ-ċittadninza lir-Russi li jridu jidħlu f’pajjiżna biex jinvadu l-Ewropa… Prim Ministru li dam biex aġixxa f’dawn ir-rgward u spiċċat iddeċidiet għalih l-EU.

Bernard Grech qal li dak li qed jippropni l-PN fil-programm elettoralli tiegħu se jinċentiva iktar investiment u iktar xogħol ta’ kwalità.

Arnold Cassalo qal li għandna Gvern li moħħu biss fil-corrupt practices. Huwa żied ma’ dak li qal Carmel Cacopardo li bħalissa għandna caretaker government li qed iberbaq flus il-poplu.

Bernard Grech qal li llum suppost qed jiddibatti mal-Prim MInistru Robert Abela iżda minflok ma tax każ lill-istudenti u minfloku bagħat lil Chris Fearne. Il-PN għandu responsabbiltà kbira lejn l-istudenti u lejn l-edukazzjoni ta’ pajjiżna.

Arnold Cassalo tkellem dwar l-isfreġju ambjentali li matul dawn l-aħħar snin żdied b’mod esaġerat.

Bernard Grech qal li permezz tal-ħolqien tal-għaxar setturi ekonomiċi ġodda, il-PN se jkabbar l-ekonomija u jżid ix-xogħol iżda dan m’għandux isir akkost tal-kwalita tal-ħajja u tal-ambjent. Huwa qal li f’dawn l-aħħar għaxar snin il-Gvern ma tax każ l-ambjent ta’ madwarna. Saħaq li dawn l-għaxar setturi mhumiex setturi li jagħmlu ħsara lill-ambjent. kif għamlet ħsara l-kostruzzjoni bla rażan li kien hemm f’dawn l-aħħar snin.

Il-Kap tal-PN qal li l-bniedem għandu jkollu ħin liberu, kwalità tal-ħajja u tal-arja u jkollu l-opportunità li jgawdi lill-għeżiez tiegħu. Fakkar fil-kriterji ESG – responsabbiltà lejn l-ambjent, l-obbligi socjali u l-governanza tajba.

Carmel Cacopardo qal li l-konġestjoni fit-toroq tagħhna hija kkawżata minn dipendenza qawwija fuq il-karozzi privati. Qal li meta wieħed ikabbar it-toroq, tkompli tiżdied il-problema tal-konġestjoni fit-toroq Maltin. Huwa saħaq li ma jridx eknomija bbażata fuq sfreġju ambjentali… ekonomija li sfortunatament pajjiżna kellu f’dawn l-aħħar snin taħt Gvern Laburista.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li rridu mmorru għal politika tal-verità. Qal li l-PN qed jagħmel walkabout f’lokalità minflok mar għal dan id-dibattitu. Dwar l-ambjent, Bernard Grech qal li se nirritornaw lura art pubbliku li llum mhix ODZ fosthom l-art fil-White Rocks.

Bla dubju hemm bżonn li jkollna Awtorità tal-Ippjanar awtonoma. Apparti dan għandu jkun hemm rappreżenanti tal-NGO’s fuq il-bordijiet.

Dwar il-proġett tas-Sannat, il-PN ikkritika dak li ġara fejn il-PM iltaqa’ mal-kuntrattur u ħareġ permess jumejn wara.

Il-proġett tat-trackless tram, Bernard Grech qal li dan se jkun trasport tal-massa effiċjenti, li jasal fil-ħin, li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u jsir f’ħames snin.

Bernard Grech qal li l-politika tal-PN hija politika mibnija madwar in-nies għalhekk mhux aċċettabbli li xi ħadd jitlef ħajtu minħabba nuqqas ta’ ħaddieħor. Fid-dawl ta’ dan kollu huwa importanti li l-istituzzjonijiet jagħmlu xgħolhom. Il-Kap tal-PN qal li huwa għalhekk li l-PN qed jibni l-politika tiegħu fuq il-proposti ESG.

Bernard Grech qal li kull proposta li hemm fil-programm elettorali kulħadd se jibbenifika minnha kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod indirett. Fost l-oħrajn, għall-istudenti hemm il-ħolqien ta’ għaxar setturi ekonomiċi ġodda, 25% żieda fl-istipendji, opportunità li tkompli titħarreġ u tixtri l-propjetà tiegħek.