Sport Sport Ieħor

Mellieħa Libertas jimlew l-aħħar post fil-play-offs

Colin Schembri

KAMPJONAT BOV IRĠIEL

Mellieħa Libertas ……. 85
Depiro …………………… 72
(17-15)(27-23)(16-19)(25-15)

Mellieħa Libertas: A. Wrighten 33, M. Falzon 1, N. Vasovic 9, I. Bonett 7, M. Seldon 23, N. Bukva 10, C. Briffa, M. Azzopardi, CJ Cordina 2, N. Sultana, L. Tanzini.
Depiro: S. Galea, A. Attard 10, N. Grech 10, TJ Atwood 10, S. Kenely, M. Brincat 18, M. Mallia, M. Debattista 2, L. Vella, Q. Campbell 21
Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak

Mellieħa ħadu r-rebħa li kellhom bżonn kontra Depiro biex laħqu t-tragward tal-play-offs. Depiro kienu diġa ċerti minn post mal-ewwel erbgħa u l-coach James Bamfield ta d-debutt lill-Amerikan Quinton Campbell u liż-żagħżugħ Sean Kenely però Avery Sullivan kien barra b’injury u mistenni li jirkupra biss fil-play-offs. Wara li Depiro għamlu l-ewwel ħames punti tal-partita b’Campbell jibda bi trippla, Mellieħa wieġbu bi tmien punti mingħajr risposta.

Wara li kien hemm trippli fuq kull naħa, Mellieħa kellhom il-punti ta’ Austin Wrighten u Nik Vasovic biex baqgħu fuq quddiem sa’ tmiem l-ewwel sessjoni 17-15. Mellieħa komplew fit-tieni sessjoni bi break ta’ 11-3 maqsum bejn Wrighten, Malik Seldon u Miguel Falzon. Għal Depiro kien hemm trippla minn Andy Attard però Mellieħa baqgħu 10 minn fuq sa’ nofs il-perjodu 32-22. Wara trippla ta’ Seldon għal Mellieħa, kien Miguel Brincat li kellhu żewġ trippli għal Depiro u sal-intervall il-vantaġġ ta’ Mellieħa kien ta sitt punti 44-38.

Fit-tielet sessjoni, ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fejn kien hemm trippla minn Isaac Bonett għal Mellieħa fil-waqt li Depiro waslu sa punt ‘l bogħod wara three pointers minn Campbell u Nicholas Grech. Mellieħa reġgħu irkupraw bi break ta’ 9-3 però 4 punti minn TJ Atwood u Campbell ġabu d-distakk għal 3 punti favur Mellieħa 60-57. Mellieħa fetħu l-aħħar taqsima b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Wrighten biex reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji. Depiro ppruvaw jirkupraw però din id-darba sabu lil Mellieħa jirrispondu għall-punti tagħhom u l-vantaġġ tat-team ta’ Adrian Mifsud baqa’ stabbli hekk kif punti minn Vasovic, Seldon u Wrighten ħallewhom fuq quddiem sa’ tmiem il-partita u ħarġu rebbieħa 85-72.

Bupa Luxol …………….. 86
Starlites Naxxar ……. 103
(22-13)(21-31)(22-33)(21-30)

Luxol: J. Cefai, M. Sciberras 3, N. Buhagiar 4, P. Attard 9, JP Schembri, A. Trapani 3, L. Trapani, S. Opojevlic 4, M. Matijevic 30, S. Cappello 8, W. Claiborne 25.
Starlites: A. Felice Pace 20, I. Azzopardi, A. Azzopardi, I. Felice Pace 5, M. Fabri, L. Riolo 3, M. Scerri 12, J. Bates 17, L. Farrugia 2, K. Xuereb 6, J. Haynes 11, M. Thomas 27.
Referees: Ionut Ciurariu, Florentina Ciurariu, Vladimir Nikolic

Ir-riżultat tal-partita ta qabel ikkundizzjona din il-partita għaliex Luxol issa kienu ċerti mill-eleminazzjoni mill-playoffs u għalekk ir-riżultat ma bidel xejn fil-klassifika finali. L-ewwel taqsima fetħet b’ħames punti minn Luxol segwiti minn risposta ta’ Starlites fosthom bi trippla ta’ Myles Thomas. Claiborne u Stefan Cappello wieġbu għal Luxol li komplew is-sessjoni b’run ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Alession Trapani biex temmewha 22-13 minn fuq. Starlites fetħu t-tieni sessjoni b’run ta 12-4 fejn kellhom it-trippli minn Jacob Bates u Thomas biex naqqsu d-distakk għal punt 25-26, Trippla oħra ta’ Matthew Scerri għamlet l-iskor indaqs 30-30 u sa’ tmiem il-perjodu ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u Luxol daħlu jistrieħu punt minn fuq 43-44.

Wara l-intervall, Starlites marru minn fuq wara punti minn Jamiah Haynes u Thomas. Trippla fuq kull naħa ħalliet lil Starlites sitta minn fuq 59-53 però hawn Luxol tilfu lil Claiborne bil-ħames foul u Starlites għamlu run ta’ 11-0. Il-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat sa’ tmiem it-taqsima li ħallew lil Starlites 12 minn fuq 77-65. Fl-aħħar sessjoni l-vantaġġ ta’ Starlites kiber għal 20 punt wara trippli minn Bates, Thomas u Luca Riolo. Luxol ukoll kellhom risposta bit-three pointers ta’ Paul Attard flimkien mad-debuttant Matthew Sciberras u Marco Matijevic. Basket minn Thomas ra lil Starlites jilħqu l-mitt punt hekk kif huma rebħu l-partita.

Athleta ………….. 87
Hibernians …………….. 89
(14-24)(19-23)(28-22)(26-20)

Gżira Athleta: Z. Hudson 35, J. Caruana, F. Mifsud Bonnici 19, L. Stefanovic 2, N. Xuereb 4, M. Gouder 17, I. Xuereb 7, R. Abela, B. Zammit 3.
Hibs: M. Vires 37, D. Bugeja 6, L. Farrugia 1, K. Dimech 16, A. Axiaq 11, R. Aquilina, M. Attard 12, P. Shoults 6.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic, Nicky Azzopardi

F’partita oħra bejn żewġ timijiet li d-destin tagħhom huwa diġa magħruf, Hibernians kellhom jistennew sal-aħħar attakk biex għelbu lil Gżira Athleta 89-87. Il-partita kienet movimentata u wara li Athleta fetħu bl-ewwel żewġ basets, kienu Hibs li ħadu l-vantaġġ wara punti minn Keith Dimech, David Bugeja u trippla ta’ Mason Vires. Wara risposta minn Athleta permezz ta’ Hudson u Isaac Xuereb, Hibs għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex temmew l-ewwel taqsima 24-14 minn fuq. Il-Pawlisti fetħu t-tieni sessjoni b’ħames punti oħra bi trippla ta’ Peter Shoults qabel ma Athleta għamlu 8 punti mingħajr risposta. Il-punti komplew ġejjin b’mod regolari fejn kienu Hibs li għamlu run ta’ 10-2 bi trippli minn Matthew Attard u Vires u daħlu jistrieħu 47-33 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Athleta bdew bi break ta’ 8-0 li wassalhom sa’ 8 punti ‘l bogħod mill-avversarji. Hibs waqqfuhom bil-punti ta’ Vires u Anton Axiaq però Athleta komplew jirkupraw u jnaqqsu d-distakk għal 4 punti. Axiaq u Vires komplew jagħmlu l-punti ta’ Hibs qabel ma l-players ta’ Peter Farrugia għamlu sitt punti oħra għal skor ta’ 61-69. Ir-raba’ taqsima rat lill-Athleta jaslu sa’ 3 punti ‘l bogħod. Attard u Billy Zammit għamlu trippla kull wieħed u hawn Athleta għamlu run ta’ 12-3 biex marru minn fuq 80-79. Għal xi ħin, Athleta żammew il-vantaġġ però fl-aħħar minuta kienu biss Hibs li għamlu l-punti biex rebħu l-partita 89-87.