Il-Ħamis waranofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa’ ma bosta żgħażagħ li kienu miġbura f’San Ġiljan sabiex jiċċelebraw St’Patrick’s Day.
F’atmosfera mill-isbaħ kienu bosta ż-żgħażagħ li laqgħu lil Bernard Grech filwaqt li ħadu l-okkażjoni sabiex jieħdu selfie mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Din il-laqgħa mill-isbaħ li kellu Bernard Grech hija turija ċara ta’ kemm il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista qed ikompli jasal għand kulħadd…. anke fost iż-żgħażagħ.
Matul dan il-jum, li issa daħal sew fil-kalendarju ta’ pajjiżna, jispikka fuq kollox, il-kulur aħdar li bla dubju huwa assoċjat mal-festa ta’ dan il-patrun tal-Irlanda.








