Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding

Raġel ta’ 62 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu fl-inħawi ta’ Manoel Island, il-Gżira.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel residenti l-Isla, weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs minn fuq scaffolding. Jidher li f’dak il-ħin ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq dgħajsa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u
ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.