Raġel ta’ 59 sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident li seħħ dalgħodu fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, ir-Rabat.
Mill-istħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Fiesta, misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti r-Rabat, u mutur Yamaha 400, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>