Lokali

Cleaner shores, clearer futures: Proġett ta’ tindif tal-ibħra Maltin minn Caritas Malta

Fl-aħħar xhur, Caritas Malta daħlet fi proġett imsejjaħ “Cleaner shores, clearer futures: A socio-educational initiative involving outdoor learning and social engagement within Caritas Malta’s residential services” fejn saru numru ta’ attivitajiet bl-iskop li r-residenti jiskopru modi rikkreattivi ġodda, li jservi ta’ attività fiżika u fl-istess waqt ikunu qed jagħtu lura lill-komunità permezz ta’ skart li jinġabar mill-baħar waqt din l-attività.

Dan il-proġett sar possibli permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme fejn permezz ta’ fondi mogħtija minn din l-iskema ġew akkwistati numru ta’ kayaks għall-użu fil-Komunitajiet Terapewtiċi ta’ Caritas. Permezz ta’ dan il-proġett numru ta’ staff ta’ Caritas Malta ngħata taħriġ fl-użu tal-kayaks biex ikun jista’ jmexxi residenti f’attivita ta’ grupp bil-kayaks.

Dawn l-attivitajiet ġew organizzati matul it-terminu ta’ dan il-proġett u se jkomplu jiġu msaħħa matul is-snin li ġejjin.