Coronavirus Lokali

COVID-19: 301 każ ġdid; imutu żewġ nisa oħra

Il-każi attivi jaqbżu l-2,000

Fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ nisa waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, waħda ta’ 78 sena u oħra ta’ 90 sena. Dan itella’ t-total ta’ mwiet f’pajjiżna għal 621.

U fl-aħħar sigħat instabu 301 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 87 persuna oħra biex b’hekk il-każi attivi huma ta’ 2,073.

Fl-Isptar Mater Dei, bħalissa hemm 46 pazjent pożittiv għall-virus, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.