“U għad hawn min jiskanta kif f’Malta hawn impunità sfaċċata”
F’pajjiż normali meta politiċi jkollhom jirriżenjaw kawża ta’ skandlu tal-mistħija u żbalji minn naħa tagħhom, m’għandhom qatt jingħataw flejjes għax spiċċaw mill-kariga.
Imma illum il-ġurnata f’pajjiżna mhux hekk qed jiġri, u għaldaqstant huma ġustifikati l-argumenti ta’ min jagħmel l-argument li, “le mhux qed ngħixu f’pajjiż normali. “
Hekk ingħad fl-editorjal tal-ġurnal The Malta Independent wara li ħareġ fid-deher li l-kandidata tal-Labour Rosianne Cutajar daħlet mat-€28,000 f’pakkett finanzjarju wara li lura fi Frar tal-2021 kienet irriżenjat minn Segretarju Parlamentari hekk kif il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika kien sabha ħatja ta’ ksur ta’ etika.
Fi kliem sempliċi hija ġiet premjata għax kisret l-etika. Minkejja li kellha tirriżenja, u l-aġir tagħha ġiegħel lilha tistħi iżda aktar minn hekk lill-Partit Laburista li tirrappreżenta – hija xorta waħda nefħet butha.
L-editur jisħaq li lanqas biss ġiet ikkastigata minn ta’ fuqha u mhux talli hekk, talli xahrejn wara tpoġġiet bħala President tal-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa.
Bl-editur jisħaq kif għad hawn minn jiskanta kif f’pajjiżna hawn kultura ta’ impunità sfrenata u sfaċċata.
Ironikament, ikompli l-editorjal, li issa Robert Abela qed jisħaq li mhux kuntent bis-sitwazzjoni u farfarha fuq il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>