Ftit jiem ‘il bogħod mill-elezzjoni ġenerali… numru ta’ għaqdiet ambjentali ngħaqdu flimkien biex jippreżentaw għaxar proposti – proposti li qed jitolbu li jkunu kunsidrati mill-partiti politiċi.
Dawn il-proposti qed jimmiraw li Malta jkollha l-aqwa kwalità ta’ ħajja… ghaliex iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jgħixu f’ambjent sigur minkejja l-iżvilupp li iktar ma jmur iktar qed jiżdied.
Dawk li ppreżentaw il-proposti saħqu li l-Gvern Laburista rċieva dawn it-talbiet iżda ddeċieda li jitfagħhom fuq l-ixkaffa u jinjorahom kompletament.
B’kuntrast, Gvern ġdid Nazzjonalista, filwaqt li jkompli bl-iżvilupp ta’ pajjiżna, jassigura li dan l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli li jimpatta bl-inqas mod lill-ambjent u ma jkomplix inaqqar mill-kampanja u mir-riżorsi naturali tant meħtieġa għall-kwalità ta’ ħajjitna. Dan biex b’hekk, minflok il-gwadann finanzjarju tal-ftit, ikun hemm gwadann kollettiv għall-poplu kollu u għat-tgawdija tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.
Gvern immexxi minn Bernard Grech poġġa l-ambjent bħala prijorità assoluta tant li fil-programm elettorali għamel sezzjoni sħiħa b’41 proposta ddedikata biex pajjiżna jagħti pulmun lis-soċjetà.
//= $special ?>Manifest Elettorali tal-PN:
Tema 4 – Prijorità fil-Protezzjoni tal-Ambjent• Ser nixprunaw bidla radikali fil-politika ambjentali ta’ pajjiżna billi niffurmaw alleanza b’saħħitha ta’ dawk kollha li verament għandhom għal qalbhom l-ambjent ta’ pajjiżna, il-konservazzjoni tiegħu u dak kollu li jagħmilna pajjiż
sostenibbli.
• Ma nibqgħux inħarsu lejn l-ambjent bħala suġġett iżolat iżda nibnu qafas fejn il-prijorità tal-protezzjoni tal-ambjent tkun parti integrali ta’ kwalunkwe settur tal-politika tagħna biex pajjiżna ma jerġa’ qatt jirrepeti l-iżbalji tal-passat.