Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: L-ewwel attakk fuq il-belt storika ta’ Lviv

Fi żviluppi oħra f’din il-gwerra, ir-Russi sparaw numru ta’ missili li laqtu faċilità għall-manutenzjoni tal-ajruplani qrib il-belt ta’ Lviv – u fejn ma kienu rappurtati l-ebda vittmi.

Madankollu, l-attakk qed jitqies bħala sinifikanti għaliex issa, jidher li, għall-ewwel darba, il-gwerra qed tavviċina l-inħawi ta’ Lviv, li hi belt storika lejn il-Punent tal-Ukrajna.

L-istess belt, s’issa, serviet ukoll bħala zona ta’ sigurtà għaċ-ċivili Ukreni li qed jaħarbu mill-konflitt fl-ibnadi l-oħra ta’ pajjiżhom.