Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Moral baxx fost il-merċenarji Sirjani li qed jgħinu lil Putin

Syrian students wave the Syrian, Russian and Palestinian flags under a billboard bearing the portrait of Russian President Vladimir Putin during a demonstration in support of Russia, following the Russian invasion of Ukraine, at the Aleppo University campus in the Syrian city on March 10, 2022. (Photo by AFP)

Żdiedu r-rapporti mill-Ukrajna li l-merċenarji mis-Sirja li ilhom il-jiem jappoġġjaw lill-qawwiet ta’ Putin fl-invażjoni qegħdin ibatu minn moral baxx ħafna – tant li numru minn dawn il-ġellieda qegħdin iferu lilhom infushom biex jevitaw li jispiċċaw fl-eqqel tal-battalji .

Is-servizzi sigrieti Ukreni jaħsbu li ħafna fost dawn il-merċenarji qed iqisu li, bil-preżenza tagħhom fl-Ukrajna, għandhom ċans ferm akbar li ‘jaħarbu mill-pajjiż u jemigraw lejn l-Unjoni Ewreopea.’

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, ilu jikkundanna lill-President tar-Russja Vladimir Putin talli ingaġġa ‘numru ta’ qattiela Sirjani’ biex jattakkaw liċ-ċittadini ta’ pajjiżu.

Hu tenna li l-ġellieda Sirjani huma merċenarji li ġejjin minn pajjiż ( is-Sirja) li nqeridlu kollox waqt il-gwerra ċivili u li huma, fil-verità, ‘ma għandhom xejn x’jitilfu’.