Kompla l-kalvarju għaċ-ċivili f’Mariupol, fejn l-iskwadri għall-emerġenzi Ukreni salvaw mal-130 persuna mill-kantina tat-teatru ewlieni f’din il-belt li sa ftit ilu kien iservi bħala refuġju għaċ-ċivili li qed jaħarbu mill-gwerra.
It-teatru spiċċa taħt xita ta’ bombi f’nofs il-ġimgħa u meta kien hemm il-mijiet tal-Ukreni jistkennu fil-kantini u kmamar oħra taħt l-art.
Sadanittant, l-aħħar rapporti qalu li (għad fadal madwar 1,300 persuna maqbudin fis-sezzjonijiet tal-bini.
L-indikazzjonijiet huma li s’issa żewġ miljun Ukren – fil-parti kbira nisa u tfal — ħarbu lejn il-Polonja ( li taqsam fruntiera mal-Ukrajna) mill-bidu tal-gwerra, Minn dawn, ta talanqas 500,000 telqu mill-ibliet Pollakki għal ħajja f’pajjiżi oħra tal-Ewropa.
//= $special ?>