Il-Mass Rally tal-Ħadd li ġej se jsir f’Dingli Circus, Tas-Sliema.
Wara attendenzi sbieħ fl-aħħar tliet attivitajiet ta’ dan it-tip, il-PN ħabbar li d-diskors tal-Ħadd tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed isir f’Tas-Sliema.
Qabel id-diskors ta’ Bernard Grech, dan il-Mass Rally ser ikun indirizzat min żewġ kelliema oħrajn qabel imbgħad għall-ħabta tat-3:30pm, il-Kap tal-PN iwassal id-diskors tiegħu f’dak li se jkun l-aħħar Mass Rally tal-Ħadd matul din il-Kampanja Elettorali.
Qabel id-diskorsi tal-Ħadd, mistenni wkoll spettaklu fuq il-palk f’Tas-Sliema.
Minkejja li dan se jkun l-aħħar Mass Rally ta’ nhar ta’ Ħadd, fil-jiem li ġejjin, il-PN se jħabbar aktar avvenimenti simili li mistennija jsiru fl-aħħar ġimgħa tal-Kampanja Elettorali bi tħejjija għall-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu.
Dakinhar u l-għada, Net Television u Net FM ser ikunu qed iwasslu xandiriet speċjali.
//= $special ?>