“Il-Partit Nazzjonalista qed joffri tama biex ikollna pajjiż aħjar li joffri opportunitajiet lil kulħadd.”
Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista li se jkunu qed jikkontestaw fl-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu fuq il-11-il distrett.
Il-Viċi Kap tal-PN David Agius qal kif il-Partit Nazzjonalista anke mill-Oppożizzjoni ħadem b’ħiltu kollha biex jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. Agius semma kif il-PN indirizza l-anomalija fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jekk ikun fil-Gvern wara s-26 ta’ Marzu se jara li l-poplu Malti u Għawdxi jingħata lura l-flus li nsteraq mill-kontijiet. David Agius tkelllem ukoll dwar ix-Xandir tal-Istat, fejn f’dawn l-aħħar snin dejjem poġġa lill-Partit Nazzjonalista fi żvantaġġ.
Ivan Bartolo sellem lil numru ta’ Laburisti ġenwini li ta’ kuljum qed jitkellmu miegħu u jgħidulu kif il-Partit Laburista daħak bihom u serqilhom il-vot għaliex huma ma vvutawx għall-Gvern li kien f’konfoffa mal-kriminali. Bartolo qal kif il-Partit Nazzjonalista se jkun ma dawk il-persuni li jinsabu emarġinati u se jkun qed jindirizza wkoll il-problema tal-għoli tal-ħajja. Ivan Bartolo temm jgħid li fis-26 ta’ Marzu, il-poplu Malti u Għawdxi għandu jdawwaw il-Gvern li se jkun qed imexxi lil pajjiżna sabiex ikollna bidu ġdid bi tmexxija serja.
Kandidat ieħor fuq il-11-il distrett huwa Silvio Brincat fejn għamel elenku ta’ numru ta’ fatturi li juru d-differenza bejn il-PN u l-PL. Brincat qal kif il-PN kien preparat u wara ftit jiem ħareġ bi proposti konkreti u preżenta l-Programm Elettorali. Minn naħa l-oħra l-PL preżenta dam tliet ġimgħat biex ħareġ il-Programm Elettorali tiegħu. Silvio Brincat qal li l-Partit Laburista qed juża kampanja ta’ negattivita u ħlief jikritika lill-Partit Nazzjonalista m’għamilx. Minn naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista kien pożittivi bi proposti għall-ġid ta’ kulħadd.
Il-Kandidata Rebekah Cilia qalet kif għaliha li tidħol fil-Partit Nazzjonalista u li tkun ukoll kandidata tal-istess partit kienet għażla faċli. Cilia qalet kif il-PN dejjem kien il-partit tal-opportunitajiet u dan għaliex dejjem emmen li joħloq il-ġid għal kulħadd. Hi semmiet numru ta’ proposti ndirizzati għaż-żgħażagħ fosthom il-ħolqien ta’ għaxar setturi ekonomiċi ġodda. Rebekah Cilia semmiet ukoll il-proposta tat-trackless tram, li se tkun qed titlesta’ f’ħames snin. Hi temmet tgħid li l-PN u l-Kap Bernard Grech għandhom pjan konkret li se jgħinek tiffoka fuqek innifsek.
Maria Deguara tkellmet dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-anzjani, fejn fost l-oħrajn, il-pensjoni se tkun qed tiżdied daqs il-living wage. Deguara qalet li l-PN se jkun qed jara wkoll li dawk l-anzjani li jkunu jixtiequ li jibqgħu jaħdmu jkunu jistgħu jagħmlu dan billi ma jħallsux taxxa fuq l-ewwel €15,000 li jaqilgħu. Hi semmiet ukoll kif il-PN se jkun qed joffri s-servizz tat-tabib tal-familja b’xejn lil kull anzjan. Maria Deguara temmet tgħid li l-anzjan fis-26 ta’ Marzu għandhom jagħżlu l-PN għaliex se jkunu qed jgħixu ħajja aħjar.
Joseph Grech, kandidat fuq il-11-il distrett qal kif hawn numru ta’ żgħażagħ li qed isibuha diffiċli li jieħdu loan sabiex jixtru l-propjetà tagħhom. Hu semma wkoll kif qed jiltaqa’ ma numru ta’ bdiewa li tteħditilhom l-art tagħhom. Joe Grech qal kif il-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta tama, tama ta’ viżjoni ġdid għall-pajjiżna u li bid-determinazzjoni u l-lealtà ta’ kulħadd il-PN jistgħa jmexxi dan il-pajjiż. Hu temm jgħid li l-Kap tal-PN Bernard Grech huwa lest biex imexxi l-pajjiż u joffri futur aħjar għal kulħadd.
Il-Kandidat Alex Mangion tkellem dwar il-proposta tal-Partit Nazzjonalista, dik li joħloq għaxar setturi ekonomiċi ġodda b’investiment ta’ biljun ewro u kif b’dan il-mod il-PN se jkun qed jassigura futur aħjar għaż-żgħażagħ kollha. Mangion tkellm dwar kif il-Gvern Laburista tak dritt iżda dan tahulek għad-detriment tal-kwalità tal-ħajja. Alex Mangion kompla jgħid kif il-Partit Nazzjonalista għandu proposti li mhux biss qed joffru serħan il-moħħ iżda wkoll se jkunu qed joffru titjieb fil-kwalità tal-ħajja.
Alex Perici Calascione qal kif il-poplu Malti u Għawdxi fis-26 ta’ Marzu għandu appuntament mhux mal-partiti iżda mal-pajjiż għaliex minn l’għada li joħroġ ir-riżultat tal-elezzjoni il-konsegwenza tad-deċiżjonijiet li se nieħdu se jkunu riflessi fuq il-mod ta’ kif se jkun qed jitmexxa l-pajjiż. Perici Calascione qal kif il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin ra fejn mar tajjeb u kompla jibni fuqu filwaqt li ra wkoll fejn kien sejjer ħażin u dan għaraf jirranġah. Alex Perici Calascione temm billi qal li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista qegħdin kollha hemm biex iservu u joffru ġid għall-poplu Malti u Għawdix kollu.
Il-Kandidat Edwin Vassallo tkellem dwar il-problemi li qed jaffaċjaw il-bdiewa, is-sajjieda, il-kaċċaturi u dawk li għandhom delizzju. Hu qal li l-PN anke mill-Oppożizzjoni diġa kien qed jagħmel differenza għal dawn in-nies, fejn fost l-oħrajn din il-ġimgħa l-Gvern solva l-problema tal-balzmaturi wara li din kienet proposta u tinsab fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Edwin Vassallo qal ukoll kif il-PN se jkun man-nassabba u l-kaċċaturi u se jara li dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala kriminali u se jkun qed jara li jkomplu jgawdu d-delizzji tagħhom.
//= $special ?>