Elezzjoni 2022 Lokali

“Jekk tisilfuni l-fiduċja tagħkom, jien lest inservikom għal Malta aħjar” – Bernard Grech

“Il-Politika tagħna trid tkun politika għalik, politika li nfassluha miegħek. Politika b’viżjoni li se tkun int li tgħinna nwettquha”.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illejla f’Ħal Safi, hekk kif issoktat il-kampanja Miegħek. Għal Malta.

Filwaqt li talab maħfra fejn il-PN seta’ naqas lil xi uħud, issa, qal Bernard Grech, qed jitlob il-fiduċja, umilment biex inti tagħżel lit-tim Nazzjonalista u tafdah biex itik futur aħjar.

Il-Kap tal-PN fakkar li l-PN qiegħed miegħek, għax miegħek u permezz tiegħek nistgħu inkunu hemm għal Malta.

Bernard Grech appella biex flimkien ningħaqdu biex nagħtu lil dan il-pajjiż Gvern aħjar, il-Gvern li jixraqlek.

“Jekk inti xbajt mill-arroganza, mill-politika ta’ Robert Abela li ħadlek il-libertajiet tiegħek, afda lilna”, saħaq Grech.

Huwa fakkar kif Robert Abela u l-Gvern tiegħu iwerwer lin-nies u serqilhom il-libertà – il-libertà li jitkellmu għax ibatu l-konsegwenzi.

Abela, qal Bernard Grech, irid jisraq lill-ħaddiem mill-libertà li jagħżel hu jekk jisseħibx f’union.

Bernard Grech għalaq billi fakkar kif ftit ilu beda jservi lill-pajjiż mill-Oppożizzjoni, u issa talab li jingħata r-responsabbiltà li jservi mill-Gvern.