Sport Waterpolo

Otters isalvaw punt meritat lejn it-tmiem … rebħa oħra għal Neptunes

Rapport: Stewart Said

TA’ XBIEX AMIGOS…………. 11

OTTERS NIVEA……………….. 11

(4-2), (3-2), (2-2), (2-5)

Otters Nivea rnexxielhom isalvaw punt lejn it-tmiem, riżultat li jwassal biex iż-żewġ timijiet se jibdew it-tieni fażi b’punt. Dan hekk kif qabel dan il-konfront, it-tnejn kienu tilfu l-logħbiet tagħhom u għalhekk se jkomplu fl-Ewwel Diviżjoni.

Otters kellhom vantaġġ parzjali fl-ewwel sessjoni, sakemm Ta’ Xbiex dawru r-riżultat permezz ta’ Jayden Cassar u doppjetta ta’ Elijah Schembri għal vantaġġ ta’ 4-2. Minn dak il-ħin sal-aħħar mumenti, Ta’ Xbiex dejjem kellhom il-vantaġġ.

It-tim ta’ Dejan Simeonov baqa’ fil-kontroll tal-logħba, bil-veteran Edward Aquilina jmexxi t-tim fl-ilma fejn anki skorja l-maġġoranza tal-gowls li wassluhom biex bdew l-aħħar sessjoni 9-6.

Iżda wara l-penalty skorjat minn Zak Cutajar Licari, Otters reġgħu daħlu fil-logħba u wettqu rimonta fl-aħħar parti tas-sessjoni. Luigi Dimech u Luke Grech qatgħu d-distakk għal 11-10, bl-istess Grech Carr ġab id-draw minn penalty fl-aħħar minuta.

Ta’ Xbiex: D. Galea Mule, C.J. Saliba, E. Aquilina (6), J, Pace Mizzi, E. Meli, S. Engerer, Z. Cutajar Licari (1), J. Cassar (1), E. Schembri (3), B. Attard Littschwager, P. Tabone, J. Chircop, Z. Dzanovic. T. Fenech

Otters: M. Xerri, M. Bonnici (2), K. Scicluna, L. Grech Carr (2), Z. Camilleri, D. Dimech, I. Azzopardi (1), S. Dimech, L. Dimech (2), M. Farrugia, Z. Bartolo (4), A. Dimech, M. Grech, K. Micallef

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

NEPTUNES VIDEOSLOTS… 14

VALLETTA IZIBET……………… 5

(6-1), (1-0), (3-2), (4-2)

Rebħa oħra għal Neptunes Videoslots. Prestazzjoni oħra konvinċenti għalihom kontra avversarju mhux tal-istess livell, biss komplew jibnu fuq il-partiti preċedenti. Għall-ewwel darba f’dan il-kampjonat, it-tim kien immexxi mill-kowċ proprja Jovan Popovic.

Neptunes urew l-intenzjonijiet ċari mill-bidu u fetħu distakk bikri li għamilha diffiċli għal Valletta biex jirkupraw. Sam Gialanze u Jake Cachia skorjaw fl-aħħar żewġ minuti għal vantaġġ ta’ 6-1.

It-tieni sessjoni kienet kwieta, b’sitwazzjoni waħda biss ta’ superjorità numerika għal Valletta li ma ħadux vantaġġ minnha. Michael Spiteri Staines skorja l-uniku gowl tas-sessjoni. Valletta pruvaw inaqqsu d-distakk fit-tielet sessjoni iżda sabu lil Neptunes jikkontrollaw il-logħba. L-andament tal-logħba baqa’ ma nbidilx biż-żgħażagħ ta’ Neptunes ikomplu jkabbru l-vantaġġ.

Neptunes: S. Mifsud, M. Zammit, S. Gialanze (2), G. Pace (1), J. Cachia (3), J. Spiteri Staines, M. Castillo (2), J. Camilleri (1), R. Galea, M. Spiteri Staines (3), D. Bugeja, Ma. Farrugia, Mi. Farrugia, L. Mallia (2), B. Zammit

Valletta: B. Busuttil, O. Zammit, M. Pace (1), L. Hyzler (1), Z. Micallef (1), T. Said, D. Paolella, M. Mifsud (2), S. Micallef, A. Agius, K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja, L. Felice, J. Culic

Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Angileri

Kif Jinsabu

Grupp A

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Neptunes            5        4        1        0        55      25      13

Birżebbuġa         4        3        1        0        46      33      10

Exiles                   4        3        0        1        44      26      9

Valletta               5        2        0        3        48      43      6

Ta’ Xbiex             5        0        1        4        36      58      1

Otters                  5        0        1        4        20      64      1

Grupp B

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Sliema                  3        3        0        0        62      9        9

San Ġiljan             3        3        0        0        43      12      9

Sirens                   3        1        0        2        35      33      3

Marsaskala           3        1        0        2        34      34      3

Barracudas           4        0        0        4        11      97      0

Logħob li jmiss

Għada

Grupp A: Birżebbuġa v Exiles 4.00pm

Grupp B: Marsaskala v Sirens 5.05pm, San Ġiljan v Sliema 6.10pm