Formula 1 Sport

Charles Leclerc se jibda fil-Pole Position fl-ewwel Grand Prix fil-Bahrain

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Ferrari Chalres Leclerc se jkun qed jibda l-ewwel Grand Prix tal-istaġun fil-Pole Position wara li kiseb l-aħjar ħin fil-provi tas-Sibt. Iċ-champion Max Verstappen se jkun qed jibda fit-tieni post segwit mis-sewwieq ieħor ta’ Ferrari Carlos Sainz. Sergio Perez kompla d-dominanza ta’ Ferrari u RedBull mal-ewwel erba’.

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton se jkun qed jibda fil-ħames post, b’Valtteri Bottas ta’ AlfaRomeo jibda fis-sitt post. Kevin Magnussen, qed isuq minflok Sebastian Vettel għal Aston Martin, kiseb is-seba’ l-aħjar ħin, b’Fernando Alonso jibda fit-tmien post.

George Russell ta’ Mercedes se jibda l-ewwel Grand Prix tiegħu ma’ Mercedes fid-disa’ post, bi Pierre Gasly jibda fl-għaxar post.