Chelsea komplew javvanzaw f’din il-kompetizzjoni wara li għelbu l-isfida qalbiena ta’ Middlesbrough, 2-0, biex b’hekk ibbukkjaw posthom fis-semi-finali tal-FA Cup li tintlagħab ix-xahar id-dieħel f’Wembley Stadium. Intant, ‘Boro – li jinsabu fit-tmien post ta’ The Championship – jistgħu jħossuhom kburin li waslu sa din il-fażi wara li rnexxielhom jeliminaw lil Manchester United u Tottenham Hotspur, fir-rawnds preċedenti tal-FA Cup. Min-naħa tagħhom, Chelsea adattaw ruħhom tajjeb filwaqt li kontrollaw il-logħba tal-bieraħ għal ħafna ħinijiet.
Fil-fatt, il-Blues ta’ Thomas Tuchel rari kienu taħt pressjoni serja, u avolja ’Boro, għal ħafna ħinijiet, irnexxielhom jaqsmu l-logħob mal-avversarji aktar ikkwotati. Ir-rebħa għal Chelsea, sadanittant, tfisser li l-Blues avvanzaw sas-semi-finali tal-FA Cup għas-sittax-il darba fl-aħħar 20 staġun. Dan meta Manchester United u Arsenal huma l-uniċi żewġ tims li waslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni għal aktar drabi (30) minn Chelsea (26). Chelsea marru fil-vantaġġ minn Romelu Lukaku (15), li, wara kontra-attakk veloċi, xeħet ġewwa mill-viċin fuq il-kross perfett ta’ Mason Mount Il-gowl ħasad lil M’boro, b’Hakim Ziyech jagħmel l-iskor 2-0 f’nofs l-ewwel taqsima b’xutt qawwi minn tarf il-kaxxa li għeleb għal kollox lill-gowlkiper Lumley.
Fit-tieni taqsima. Middlesbrough ippruvaw iwettqu ‘comeback’ iżda sabu d-difiża tal-Blues attenta biex taħlaq l-ispazji għal Tavernier u Connolly. Intant, Folarin Balogun xeħet barra fuq kontra-attakk, waqt li s-sostitut Duncan Watmore falla ċans tajjeb għal ‘Boro minn pożizzjoni ideali. Madankollu, Chelsea fallew tielet ‘gowl’ faċli, meta s-sostitut Timo Werner kien miċħud minn Lumley wara li daħal għall-freekick insidjuż ta’ Loftus-Cheek Intant, Chelsea se jkunu jafu l-avversarji tagħhom fis-semi-finali ( biż-żewġ logħbiet jintlagħbu f’Wembley fis-16 u s-17 ta’ April) ladarba jittellgħu l-poloz qabel il-kwarti-finali tal-lejla bejn Nottingham Forest u Liverpool fis-City Ground.
FA CUP
Illum: Middlesbrough v Chelsea 0-2 Għada: C’Palace v Everton 1.30pm, Southampton v Man City 4.00pm, Nott.Forest v Liverpool 7.00pm
//= $special ?>