Elezzjoni 2022 Lokali

Tibda l-votazzjoni bikrija fin-Naxxar u x-Xewkija

L-early voting jibqa' miftuħ sal-10pm

Illum fis-7am bdew jinxteħtu l-ewwel voti waqt l-early voting.

F’Malta, din il-votazzjoni qed issir fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar fejn kien hemm it-Trade Fair u f’Għawdex fil-Government Experimental Farm, fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

Illum qed iivvutaw ukoll l-anzjani fir-residenzi, f’San Vinċenz de Paule, u l-priġunieri f’Kordin u numru ta’ persuni li huma pożittivi għall-Covid jew li jinsabu fi kwarantina.