Franza kisbu rebħa ta’ 25-13 fuq l-Ingilterra biex b’hekk saru r-rebbieħa tal-Grand Slam tas-Six Nations. Għal Franza kienu tries ta’ Gael Fickou, Francois Cros u Antoine Dupont kif ukoll għaxar punti minn Melvyn Jaminet li assiguraw l-ewwel titlu fi 12-il sena. Tries ta’ Gael Fickou u Francois Cros kif ukoll żewġ penalties ta’ Melvyn Jaminet tefgħu lil Franċiżi b’vantaġġ ta’ 18-6 sa’ tmiem l-ewwel taqsima, b’Marcus Smith jirrispondi b’żewġ penalties għall-Ingilterra. Biex fl-aħħar kwart kien Antoine Dupont li saħħaħ vantaġġ ta’ 12-il punt għal Franċiżi u wassalhom għar-rebħ tas-Six Nations.
//= $special ?>Franza jegħlbu lill-Ingilterra u jirbħu l-Grand Slam
19 ta' Marzu 2022