“Il-Gvern Laburista kisser lill-artisti lokali u lis-settur tad-divertiment f’pajjiżna.”
Dan qalu Paul Hamilton DJ Malti li għal bosta snin kien jaħdem barra minn pajjiżna fil-qasam tad-divertiment. Hamilton qal kif il-kriżi politika li kien hawn f’pajjiżna fl-2019 ħalliet impatt anke fuqu minkejja li kien barra minn pajjiżna għaliex numru ta’ avvenimenti kien qed ineħħu ismu minn fuq il-posters tagħhom.
Paul Hamilton qal li l-pandemija tal-COVID-19 ħalliet impatt fuq l-artisti lokali u l-industirja tad-divertiment f’pajjiżna, iżda l-Gvern minflok għażel li jagħti sponsorships lill-artisti barranin. Hu żied jgħid li qed iħoss li dan is-settur ġie mwarrab mill-Gvern Laburista u kif bl-aġir tiegħu qed ikisser lill-artisti għaliex lanqas qed ikunu mistiedna biex jikkontribwixxu f’avvenimenti lokali.
Hamilton temm jgħid li fis-26 ta’ Marzu pajjiżna għandu bżonn bidla mhux biss biex jikseb lura r-reputazzjoni tiegħu, iżda wkoll biex is-settur tad-divertiment u l-artisti lokali jingħataw l-opportunitajiet li jixirqulhom.
//= $special ?>