Il-qawwiet Ukreni fi Kiev arrestaw talanqas 130 aġent tar-Russja li kienu għaddejjin b’ħidma ta’ sabutaġġ fil-kapitali tal-Ukrajna.
Ħafna mill-aġenti – jew ‘saboteurs’ – daħlu fil-pajjiż bħala gruppi bil-ħsieb li jinfiltraw numru ta’ zoni sensittivi fosthom l-inħawi fortifikati u z-zoni fejn ir-reżistenza tal-Ukrajni għall-invażjoni tar-Russi hi l-aktar effettiva.
Fl-istess ħin, l-awtoritajiet fi Kiev qalu li fil-kapitali hemm biżżejjed ħażniet ta’ ikel u affarijiet essenzjali oħra biex il-poplu jirreżisti għal assedju fit-tul.
//= $special ?>