L-eks Prim Ministru tar-Renju Unit, Gordon Brown, irid li jitwaqqaf tribunal internazzjonali ġdid li, ‘il quddiem, jinvestiga lill-President Russu Vladimir Putin għall-azzjonijiet brutali tal-Armata tiegħu fl-Ukrajna.
Brown enfasizza li l-gwerra fl-Ukrajna wasslet għall-bumbardamenti indiskriminattivi tal-poplu ċivili u li jmorru kontra l-liġijiet internazzjonali, fosthom il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra.
L-attakki fuq iċ-ċivili Ukreni anki qed jitqiesu bħala abbuż sfaċċat tal-kriterji umanitarji, b’Gordon Brown jakkuża lil Putin ‘b’li qed jirrikatta lill-Punent bl-użu potenzjali tal-armi nukleari’.
Gordon Brown qal li mindu krolla l-Ħajt ta’ Berlin, fl-1989-90, l-Ewropa bdiet era demokratika karatterizzata mir-rispett għal-liġi internazzjonali u li issa, Putin ‘irid jeqred din is-sistema bl-użu tal-forza’.
Sadanittant, Brown u mexxejja oħra tal-Punent qed iwissu li jekk dan il-messaġġ ma jasalx, l-Ewropa kapaċi tiffaċċja era ġdida ta’ aggressjoni ‘mingħajr ma ssir il-ġustizzja mal-awturi tal-qerda.’
//= $special ?>