Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, hu determinat li pajjiżu jilħaq objettiv storiku – f’dan il-każ, li l-Ukreni, fil-futur, jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea.
Zelensky, issa, żvela li kellu taħditiet intensivi mal-Kap tal-Kummissjoni tal-UE, Ursula von der Leyen, u li hu qed jistenna li jsir ‘il-progress malajr’ dwar l-applikazzjoni tal-Ukrajna biex tissieħeb fl-Unjoni mill-aktar fis possibbli.
Dan jista’ isir permezz ta’ sistema magħrufa bħala fast-tracking.
Il-Mexxej Ukren qal ukoll li von der Leyen wiegħdet li ‘għandha tagħmel minn kollox biex tħaffef l-isħubija (fl-UE) tal-Ukrajna.’
Dan waqt li Zelensky esprima l-konvinzjoni tiegħu li pajjiżu jirrealizza t-tragward tas-sħubija u li ‘il-proċessi burokratiċi li s-soltu jdumu s-snin isiru ħafna aktar malajr u f’ħafna anqas xhur milli jieħdu l-proċeduri normali’.
//= $special ?>