L-awtoritajiet fl-Ukrajna qalu li ‘il fuq minn 14,000 truppi Russi tilfu ħajjithom fl-ewwel tliet ġimgħat tal-invażjoni ta’ pajjiżhom mill-qawwiet ta’ Moska.
Dan sar magħruf permezz tal-aġġornamenti li l-awtoritajiet qed jiċċirkolaw fuq Facebook u mezzi oħrajn tal-media soċjali.
Ingħad ukoll li l-qawwiet ta’ Vladimir Putin anki tilfu ammont ‘inkredibbli’ ta’ tagħmir tal-gwerra, fosthom 1,470 karrijiet armati, talanqas 70 tankijiet tal-gwerra u ‘il fuq minn 100 fighter jet u ħelikopters militari.
L-istatistika ma setgħetx tkun ivverifikata mis-sorsi indipendenti – bis-servizzi sigrieti tal-Punent qed jgħidu li ċ-ċifra ta’ bejn 7,000 u 8,000 truppi (Russi) maqtula kapaċi tkun aktar realistika.
//= $special ?>