Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Kosmonawti Russi ‘f’messaġġ kontra l-Kremlin’

Tliet kosmonawti Russi, fl-aħħar sigħat, waslu fl-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali lebsin il-kuluri tradizzjonali tal-Ukrajna ….Dan meta huma dehru li riedu jwasslu ‘messaġġ kontra l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tal-Kremlin’.

It-tlett kosmonawti kellhom ilbies tal-ispazju sofor b’xi partijiet blu u li setgħu kienu qed jissimbolizzaw l-ilwien nazzjonali tal-Ukrajna. Intant, l-osservaturi ma jeskludux li l-kosmonawti riedu juru d-diżapprovazzjoni  tagħhom għall-gwerra, u meta huma, is-soltu, jilbsu l-uniformijiet blu għall-missjonijiet fl-ispazju.

Intant, dawn il-kosmonawti huma l-ewwel li waslu fl-Istazzjon mindu r-Russja attakkat lill-Ukrajna fl-24 ta’ Frar. U mal-wasla tagħhom,  it-tlieta ngħataw merħba kbira mill-ekwipaġġ – fosthom Amerikani, Russi u Ġermaniżi – li kien hemm diġà fuq l-Istazzjon.