Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: L-ewwel attakki Russi bil-missili ‘hypersonic’

Kelliema għall-Ministeru tad-Difiża f’Moska qalu li l-qawwiet tar-Russja qerdu depot taħt l-art  permezz tal-missili ‘hypersonic’ — u meta l-azzjoni x’aktarx li hi l-ewwel waħda li involviet dawn l-armi mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna.

L-attakk seħħ fuq zona lejn il-Punent tal-Ukrajna u l-kelliema Russi qalu li d-depot kien qed iżomm kwantità ta’ missili u munizzjon tat-truppi Ukreni.

Il-missili ‘hypersonic’ huma ta’ tip ballistiku u  jivvjaġġaw b’veloċità ekwivalenti għal aktar minn ħames darbiet il-veloċità tal-ħoss.

Skont il-militar Russu, is-sistema missilistika “Kinzhal” li ntużat waqt l-attakk għandha l-kapaċità li tolqot il-miri f’distanza ta’ aktar minn 2,000 kilometru. Dan minbarra li kapaċi tevita l-aħjar sistemi ta’ difiża kontra l-azzjonijiet mill-ajru.