Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qal li l-President Russu Vladimir Putin iddeċieda li jinvadi lill-Ukrajna ‘minħabba l-biża’ tiegħu li jkollu pajjiż ħieles u demokratiku bħala l-ġar’.
Johnson, f’diskors waqt il-konferenza tal-Partit Konservattiv Britanniku fi Blackpool, qal ukoll li Putin għamel żball ‘kolossali’ bl-invażjoni tal-artijiet Ukreni. Hu kompla li l-iżball kellu jseħħ ‘avolja l-President Russu ma kienx jemmen tassew li l-Ukrajna kienet se tissieħeb fl-Alleanza tan-NATO’.
Il-Prim Ministru Britanniku, sadanittant, wissa li Putin ‘mhux se jieqaf bl-Ukrajna’ jekk l-invażjoni tirnexxi u li ‘in-nuqqas tal-libertà għall-Ukreni għandha tfisser it-tmiem tat-tamiet tal-Ġorġja u l-Moldova, fost era ġdida ta’ intimidazzjoni mill-Kremlin ta’ Moska’.
//= $special ?>

