Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: ‘Ma naċċettawx il-bidliet bil-forza’

Il-Prim Ministru tal-Ġappun, Fumio Kishida, informa lill-Prim Ministru tal-Indja, Nerandra Modi, li l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tar-Russja ‘heżżet lis-sistema tal-ordni internazzjonali’. Fl-istess ħin, Kishida ħeġġeġ biex il-pajjiżi kollha tad-dinja juru biċ-ċar li huma ‘jiddiżapprovaw minn kampanji għall-bidliet bl-użu tal-forza’.

Il-Ġappun u l-Indja huma parti minn entità għad-djalogu dwar is-sigurtà fuq bażi kwadrilaterali (Quadrilateral Security Dialogue (Quad))– biż-żewġ membri l-oħra jkunu l-Istati Uniti u l-Awstralja.

Iżda filwaqt li l-Ġappun impona s-sanzjonijiet għal għexieren ta’ oligarki u organizzazzjonijiet Russi li ‘qed jappoġġjaw l-invażjoni’, l-Indja baqgħet ma kkundannatx l-aġir tal-President Russu Vladimir Putin ‘għaliex ma tridx tiġbed l-għadab tat-Tmexxija f’Moska’.