Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, ħeġġeġ lill-President Russu Vladimir Putin biex huma jissieħbu f’taħditiet għall-paċi mingħajr telf ta’ żmien.
Dan waqt li Zelensky sostna li d-djalogu hu l-uniku ċans għar-Russja biex timminimizza l-ħsara li rriżultat mill-politika żbaljata ta’ Moska ‘u biex is-suldati Russi ma jibqgħux imutu b’dawn in-numri kbar’.
Iżda l-President Vladimir Putin wieġeb bl-akkuża li l-Ukrajna qed ‘ittellef it-taħditiet għall-paċi minħabba li qed tippersisti bi proposti li Moska ma tqishomx realistiċi’.
Sadanittant, il-ġlied għall-kontroll ta’ diversi bliet Ukreni – inkluża Kiev – qed ikompli wkoll, aktar minn tliet ġimgħat wara li l-qawwiet Russi invadew lil dan il-pajjiż.
Dan waqt li Uffiċjali ewlenin fir-Renju Unit qalu, fl-aħħar sigħat, li r-Russja tinsab ‘sorpriża u xukkjata’ bil-kapaċità u determinazzjoni tal-qawwiet Ukreni li huma determinati li s-suldati Russi jħallsu b’demmhom għal kull nitfa art li jieħdu.
//= $special ?>