“Bil-proposti tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed juri b’mod ċar li l-ambjent se jkun prijorità.”
Dan qalu Sergio Mallia, persuna li għandu għal qalbu l-ambjent waqt li kien qed jindirizza l-Attività Politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Pietà.
Sergio Mallia qal kif l-ambjent jolqot l-attitudni ta’ kulħadd u kif il-porposti tal-Partit Nazzjonalista u l-mudell ekonomiku li se jkun qed jadotta se jkunu qed jaraw li l-ambjent ikun fiċ-ċentru tal-politika tal-PN. Mallia tkellem dwar il-governanza fil-qasam tal-ambjent u qal kif din il-ġimgħa waqt id-dibattitu tal-Kamra tal-Kummerċ ħarġet biċ-ċar id-differenza taż-żewġ mexxeja. Dan wara li din il-ġimgħa l-Awtorità tal-Ippjanar tat permess għal żvilupp f’Ta’ Sannat f’Għawdex, permess dwar żvilupp li kien kontrih kulħadd. Hu qal kif l-Awtorità tal-Ippjanar qed ikolla ssegwi d-direzzjoni ħażina mogħtija mill-Gvern Laburista.
Mallia tkellem ukoll dwar il-proposta tal-ESG, proposta li ħafna negozji qed juru nteress li jkunu konformi mal-ESG u qed juru r-rieda li jkunu konformi mal-proposta tal-Partit Nazzjonalista fejn se jkun qed jinċetiva lil dawk il-kumpaniji li se jilħqu dawn l-miri. Sergio Mallia semma kif il-poplu Malti għandu għażla bejn jew li jkollna 30 karozza ġdida kuljum fit-toroq Maltin jew li jkollna mezz aktar sostennibli u aktar nadif, dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista tat-trackless tram.
Sergio Mallia temm id-diskors tiegħu b’appell, biex nhar is-Sibt li ġej, il-poplu jibdel id-direzzjoni ta’ fejn hu sejjer il-pajjiż u jagħżel lill-Partit Nazzjonalista għal futur aħjar.
//= $special ?>