Waqt attività politika li saret quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li din il-kampanja elettorali hija mixja ta’ wasla… fejn il-viżjoni tal-Partit Nazzjonlista hija l-unika waħda li se ġġib bidla f’dan il-pajjiż.
Huwa qal li l-pjan għat-trasport tal-massa li qed jippreżenta l-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku wieħed li pajjiżna għandu bżonn. Dwar l-għoli tal-ħajja Bernard Grech qal li għandna Prim Ministru li mhux jagħti każ il-weġgħat tan-nies, għall-kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista li qed joffri fond ta’ 40 miljun ewro sabiex tingħata għajnuna lin-negozji li qed ikunu affettwati mill-għoli tal-ħajja.
Bernard Grech appella biex dawk li verament iridu li pajjiżna jkollu l-bidla li tant jixraqlu, irid jivvota lill-Partit Nazzjonalista… dan hekk kif il-vot ta’ kulħadd jista’ jagħmel id-differenza.
Il-Kap tal-PN qal li l-Partit Nazzjonalista għandu wkoll vizjoni għall-artisti Maltin, hekk kif għal xi politiċi l-artist għandu xi ħaġa inqas minn ħaddieħor. Partit Nazzjonalista se jkompli jaġdem sabiex dan is-settur ikompli javvanza kif verament jixraqlu. Dan billi dawk il-persuni li jagħżlu l-arti u l-isport bħala karriera, se jkollhom rata ‘ ta taxxa ta’ 5% fuq l-ewwel 80,000 ewro. Apparti dan se tingħata għotja ta’ 3,000 ewro bex ikunu jistgħu jippromwovu l-wirt ta’ pajjiżna permezz ta xogħol artisitku li jkun qed jiġi esebit. Isir ukoll proġett sabiex it-tfal sa minn età żgħira, jibdew jinteressaw ruħhom f’dan is-settur. Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista jrid li kull settur jikber u jissaħħaħ.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni wkoll għall-ambjent ta’ madwarna… viżjoni li mhix ibbażat fuq ftit proposti iżda għandha numru ta’ proposti konkreti sabiex pajjiżna jkollu ambjent aħjar fejn il-familji jkunu jistgħu jgawdu minn spazji miftuħa. Partit Nazzjonalsita li se joħloq għaxar setturi ekonomiċi ġodda li mhux se jagħmlu ħsara lill-ambjent ta’ madwarna. Huwa qal li l-art ODZ, biex tkun żviluppata, trid tgħaddi mill-vot taż-żewġ terzi tal-Parlament.
Il-Kap tal-PN qal li l-persuni għandhom ċavetta f’idejhom li biha jistgħu jieħdu l-poter minn idejn Robert Abela u dan il-poter jingħata lilhom u lill-uliedhom.
//= $special ?>