Elezzjoni 2022 Lokali

Jivvutaw 85% ta’ dawk eliġibbli fil-votazzjoni bikrija

Hekk kif il-bieraħ saret l-ewwel votazzjoni ta’ din l-elezzjoni ġenerali, kienu 85.15% ta’ dawk kollha rreġistrati biex jivvutaw li sal-aħħar tal-ġurnata kienu xeħtu l-vot tagħhom fil-kaxxi.

Minn 9,658 votant eliġibbli, 8,224 xeħtu l-vot tagħhom.

Il-votazzjoni tkompli nhar it-Tlieta, meta jivvutaw il-assistenti kummissarji elettorali li se jkunu qed iservu fil-polling boohts dakinhar tal-elezzjoni nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu.