“Il-qdusija mhux monopolju, il-qdusija mhi tal-ebda grupp, il-qdusija hija tiegħi u tiegħek, u għalhekk aħna ninsabu miġbura hawnhekk, għax Alla jrid li aħna nkunu qaddisin”
Hekk tenna r-Rev Dun Franco Fenech f’quddiesa pontifikali f’Jum il-Festa ta’ San Ġużepp f’ċelebrazzjoni li ttelgħat fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat.
Il-Festa ta’ San Ġużepp kienet l-ewwel festa li ntlaqtet mill-COVID-19 u għal din is-sena, akkost ir-restrizzjonijiet, il-festa mill-ġdid ħadet xejra lejn dak li konna nafu qabel l-imxija.
Fil-messaġġ tiegħu Dun Fenech kompla li San Ġużepp kien ipoġġi lil Alla fil-post ċentrali, l-istess għandna nagħmlu lkoll. Huwa tenna li San Ġużepp, anki bis-silenzju tiegħu wera impenn.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u martu Anne Marie, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-President ta’ Malta George Vella, flimkien ma’ numru ta’ numru ta’ membru distinti oħra.
//= $special ?>