Futbol Sport

Milan iżommu l-vantaġġ ta’ tliet punti fuq Napoli

(Ritratt: EPA)

B’rebħa minima barra minn darhom, Milan żammew id-distakk ta’ tlett punti fuq Napoli u fl-istess waqt fetħu distakk ta’ sitt punti fuq Inter. Partita diffiċli kontra avversarju li aktar minn qabel għadu mhedded bir-relegazzjoni. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fid-59 minuta Milan marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Olivier Giroud kien ISMAEL BENNACER li għeleb lil Alessio Cragno . Gowl li kien biżżejjed għal Milan għall-għoxrin rebħa tal-istaġun.

Napoli żammew ħajjin it-tamiet tagħhom għar-rebħ tas-Serie A meta fi Stadio Armando Maradona għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Udinese li marru fil-vantaġġ fit-22 minuta meta b’xutt minn barra l-kaxa għeleb lil David Ospina għal 1-0. Napoli kisbu d-draw fit-52 minuta meta minn cross ta’ Mario Rui kien Victor Osimhen li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-1. Biex fit-63 minuta Napoli skorjaw il-gowl tar-rebħa meta minn pass ta’ Giovanni Di Lorenzo reġa’ kien Victor Osimhen li kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta’ 2-1.

Inter kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Fiorentina. Riżultat li permezz tiegħu Inter naqsu milli jżommu l-pass ta’ Napoli u Milan. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-50 minuta minn azzjoni ta’ Nicolas Gonzalez kien LUCAS TORREIRA li għeleb lil Samir Handanovic biex poġġa lil Fiorentina fil-vantaġġ. Reazzjoni immedjata minn Inter li ħames minuti wara kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Ivan Perisic kien DENZEL DUMFRIES li għeleb lil Pietro Terracciano għal 1 – 1.

SERIE A

Illum: Napoli v Udinese 1-2, Inter v Fiorentina 1-1, Cagliari v Milan 0-1 Għada: Venezia v Sampdoria 12.30pm, Empoli v Verona 3.00pm, Juventus v Salerenitana 3.00pm, Roma v Lazio 6.00pm, Bologna v Atalanta 8.45pm