Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal u Andrey Rublev fis-semifinali tal-Indian Wells

(Ritratt: EPA)

Rafael Nadal u Andrey Rublev għamluha għas-semifinali tal-Indian Wells wara li għelbu lil Nick Kyrgios u lil Grigor Dimitrov fil-kwartifinali rispettivament. Nadal għeleb lil Kyrgios 7-6, 5-7, 6-4 bl-Awstraljan għal darb’oħra ma jirnexxielux jikkontrolla l-attitudni tiegħu fuq il-court, tant li kellu battibekk ma’ wieħed mill-partitarji preżenti.

Min-naħa l-oħra Rublev għeleb l-isfida ta’ Dimitrov 7-5, 6-2 għat-13-il rebħa konsekuttiv tiegħu dan l-istaġun. Rublev kompla bil-forma mill-aqwa li kellu fl-aħaħr ġimgħat wara li rebaħ it-titli f’Marseille u f’Dubai.

Fis-semi finali Nadal se jkun qed jiltaqa’ mal-Ispanjol Carlos Alcaraz Garfia, filwaqt li Rublev se jaffronta’ lill-Amerikan Taylor Fritz .