Raġel mill-Guinea Bissau tilef ħajtu traġikament konsegwenza ta’ ħruġ ta’ gass minn heater.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-11.30am, meta ntalbet l-assistenza tal-Pulizija u l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili f’residenza fi Triq il-Poeżija f’Ħal Qormi.
Ir-raġel kellu 35 sena u jgħix fir-residenza fejn instab bla ħajja. Jidher li r-raġel kien intilef minn sensih qabel tilef ħajtu.
Tim mediku li mar fir-residenza iċċertifika lir-raġel mejjet fil-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distret
//= $special ?>