Formula 1 Sport

Charles Leclerc jirbaħ l-ewwel Grand Prix tal-istaġun fil-Bahrain

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel Gran Prix tal-Kampjonat tal-Formula 1, f’Bahrain suċċess doppju għal Scuderia Ferrari permezz ta’ Charles Leclerc u Carlos Sainz. L-ewwel suċċess għal Ferrari mill-Gran Prix ta’ Singapore tal-2019 permezz ta’ Sebastian Vettel. F’Bahrain dwell mill-isbaħ fis-17 il-dawra bejn Leclerc u Max Verstappen fejn tlett darbiet wieħed qabeż lil ieħor b’Verstappen iżda jkun kostrett li jirtira lejn tmiem il-Gran Prix. Fit-tieni post Carlos Sainz qabel Lewis Hamilton fuq Mercedes u George Russell wkoll fuq Mercedes.Sorpriża fil-ħames post għal Haas u Kevin Magnussen li kien biss ftit tal-ġranet ilu li ħa post Nikita Mazepin. Fis-sitt post temm Volterri Bottas fuq Alfa Romeo.