“Xogħoli huwa illi noħlom u li nwettaq, illi noħloq is-sbuħija fl-ispazji ta’ madwari, fil-kitba tiegħi, fil-kitba ta’ ħaddieħor. Jiena twelidt f’pajjiz fejn kellna bżonn noħolmu. Ftit sighat qabel ma twelidt jien, Eddie Fenech Adami għamel l-ewwel diskors tiegħu tar-rebħa, wara 16-il sena ta’ soċjaliżmu aħrax, ta’ caħda, ta’ staġnar, u wisq drabi, ta’ biża u ta’ vjolenza. Jiena kbirt f’Malta illi wara dawk is-snin kollha, fl-aħħar bdiet tirkupra u tiftaħ il-bibien tagħha għad-dinja ta’ madwarha. Il-Malta illi kbirt fiha jiena kienet waħda li bdiet tinbidel malajr ħafna; Malta illi fi ftit snin marret minn pajjiż fejn bil-kemm kellek dawl u ilma fil-vit għal waħda fejn il-high speed internet wasal għandna qabel bliet ewlenin fl-Ewropa”.
Hekk fetaħ id-diskors tiegħu fir-rally tal-PN iż-żagħżugħ Michele Tufigno.
Tufigno fakkar kif Gvern Nazzjonlista bena mix-xejn ekonomija b’saħħitha, stabbilixxa l-qasam marittium, dak tas-servizzi finanzjarji, tal-gaming, tal-farmaċewtika, tal-freeport, eluf ta’ postijiet tax-xogħol illi s’issa għadhom magħna sal-llum. Huwa qal li hu kiber f’Malta fejn ma bqajniex nistħu ngħidu li aħna Maltin meta nsiefru, f’Malta mimlija ħolm u ottimiżmu, f’Malta illi bdiet terġa’ tinvesti fl-edukazzjoni, fl-iskejjel, fl-universita, fl-ITS, fl-MCAST. Saħaq li din kienet Malta li ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, pajjiz fejn kulħadd kien iħoss illi kellu l-possibilita` illi jkun u li jsir dak illi jixtieq, b’indipendenza u b’kuraġġ.
Illum, qal Tufigno, qed ngħixu realtà differenti. Illum, kull meta nqumu filgħodu, naqraw dwar skandlu gdid, dwar serqa ġdida. Illum ħafna qegħdin isibuha difficli jsibu s-saħħa illi joħolmu kif konna noħolmu qabel, imdawrin kif aħna mill-inkompetenza, min-nuqqas ta’ viżjoni, mis-serq, minn ambjent sfruttat u mħassar. Huwa qal li l-Partit Laburista qiegħed jipprova jbeżża’.
Michele Tufigno qal li fid-dawl ta’ dan kollu huwa faċli li wieħed jaqta’ qalbu.
Madankollu qal iż-żagħżugħ, quddiemna hemm soluzzjoni – Partit Nazjonalista ippreparat, bi proġetti li jħarsu fit-tul.
Hu appella biex il-gimgha d-dieħla, ż-żgħażagħ imorru jivvutaw sabiex jiftakru fil-ħolm tagħhom. Hu ħeġġiġhom biex jagħżlu lil min ma jidħaqx bihom f’wicckom, min ma jġegħlhomx jistħu, min ma jgħaffiġx fuq il-ħolm tagħhom. Tufigno appellalhom biex jagħżel lil min ipoġġi lilhom u lil-Malta l-ewwel u qabel, kollox. Biex jagħżlu lill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>