Il-Papa Franġisku mill-ġdid sostna li l-konflitt fl-Ukrajna qed jinvolvi ‘l-massakri bla sens tan-nies’ filwaqt li sejjaħ biex il-mexxejja ‘iwaqqfu minnufih din il-gwerra ripunjanti’.
Meta indirizza lill-folla preżenti fil-Belt tal-Vatikan, il-Papa nnota li l-aggressjoni vjolenti fuq il-poplu Ukren mhix qed tonqos u li kuljum ‘id-dinja qed tassisti għal sensiela ta’ atroċitajiet bla rażan fuq poplu innoċenti’.
Il-Kap tal-Kattoliċi ilu l-aħħar ġimgħat isegwi b’niket il-qtil ta’ ċivil fl-Ukrajna u minn dejjem kien voċiferu fl-istqarrijiet tiegħu kontra kull forma ta’ gwerra u vjolenza.
//= $special ?>