Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Attakk fuq residenza għall-persuni vulnerabbli

L-awtoritajiet f’Luhansk — fir-reġjun tad-Donbas — qalu li tank tal-gwerra tar-Russi fetaħ in-nar fuq residenza tal-anzjani u għal persuni vulnerabbli oħra fil-belt Ukrena ta’ Kreminna.

L-istess awtoritajiet sostnew li l-qawwiet Russi ‘attakkaw din ir-residenza bl-aktar mod ċiniku’ u fejn qed jidher li fl-isparatura mietu talanqas 60 resident.

Il-każ qed ikompli juri l-qilla tal-gwerra fl-Ukrajna u meta ċ-ċivili qegħdin ibatu bil-kbir taħt l-isparar tal-qawwiet Russi.

Qed jingħad ukoll li numru ta’ residenti vulnerabbli ‘inħatfu mill-aggressuri Russi’ u b’uħud jittieħdu f’residenza oħra għall-anzjani fi Svatove.