Il-Ministru Tork għall-Affarijiet Barranin, Mevlut Cavusoglu, qal li r-Russja u l-Ukrajna jinsabu viċin ta’ ftehim biex jieqaf il-ġlied. Dan meta t-Turkija qed isservi bħala medjatur għall-paċi fil-gwerra tal-Ukrajna li ilha għal 25 jum.
Cavusoglu qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li mhux faċli li l-partijiet jiffissaw il-kundizzjonijiet għall-paċi li huma aċċettabbli għal kulħadd u meta l-gwerra qed tirriżuluta f’dejjem aktar vittmi fuq iż-żewġ naħat.
Madankollu hu qed jara l-progress fit-taħditiet bejn ir-Russi u l-Ukrajni u ma jeskludix li l-pajjiżi avversarji jistgħu huma eqreb ta’ ftehim minn qatt qabel.
Il-Ministru Tork, fl-aħħar jiem, kien żar lir-Russja u l-Ukrajna peress li pajjiżu għandu relazzjonijiet tajbin mal-Gvernijiet ta’ Moska u Kiev.
Dan waqt li t-Turkija għaddejja bil-kuntatti kontinwi mar-rappreżentanti Ukreni u Russi u fejn qed tirrifjuta li tiddettalja l-kontenut tan-negozjati ‘biex taqdi mill-aħjar li tista’ ir-rwol ta’ medjatur għall-paċi’.
//= $special ?>