Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, qal li l-attakki persistenti fuq ċivili mill-qawwiet tar-Russja – b’mod partikulari l-assedju brutali fuq Mariupol – se jibqgħu mfakkrin ‘għal sekli’.
U minkejja li r-Russja ċaħdet li qed tattakka liċ-ċivili, Zelensky qed jallega li t-truppi tal-Kremlin qegħdin iwettqu, kontinwament, ir-reati tal-gwerra f’Mariupol; il-belt tal-port fin-nofsinar tal-Ukrajna, fejn jidher li qed jinqatlu l-għexieren ta’ residenti ma kull siegħa li tgħaddi.
Sadanittant, il-battalji ħorox għall-kontroll ta’ Mariupol għadhom għaddejjin bid-difensuri Ukreni qed jirreżistu mill-aħjar li jistgħu l-avvanzi tal-militar Russu.
//= $special ?>