B’referenza għar-rapporti dwar persuni li vvutaw ilbieraħ u b’riferenza għall-istqarrija tal-Kummissjoni Elettorali, issa jirriżulta illi huwa minnu illi lbierah kien hemm numru ta’ persuni li qed jiskontaw sentenza il-ħabs li tħallew jivvotaw meta dawn ma kienx għad għandhom dritt illi jivvotaw.
Jirrizulta li dan seħħ għaliex kien hemm nuqqasijiet serji min-naħa tar-reġistratur tal-Qorti li għal xhur sħaħ kiser il-liġi u naqas milli jinforma lill-Kummissjoni Elettorali bl-ismijiet ta’ nies li ma setgħux jivvotaw.
Il-persuna appuntata politikament min Edward Zammit Lewis u Edward Zammit Lewis personalment għandhom ħafna x’ jispjegaw għal dan il-ksur ta liġi gravi.
Bħala fatt issa għandna sitwazzjoni fejn persuni li qatt ma kellhom jivvotaw f’din l-elezzjoni ġenerali tħallew jivvotaw.
Nhar is-Sibt li ġej kull min irid jipproteġi d-demokrazija f’pajjiżna għandu ċ-ċavetta biex iwaqqaf dan l-abbuż.
Għalhekk għandu jmur jivvota għall-Partit Nazzjonlaista. F ġieh id-demokrazija. Għal Malta.