Elezzjoni 2022 Lokali

Miġbura €1,428,680 waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-PN

Inġabret is-somma totali ta’ €1,428,680 waqt il-Maratoni Ġbir ta’ Fondi tal-PN li saru waqt il-Kampanja Elettorali. Dan meta waqt il-maratona li saret ġimgħa qabel il-votazzjoni tas-26 ta’ Marzu, inġabbru €887,450.

Wara 4 ġimgħat ta’ Kampanja Elettorali impenjattiva għall-PN, din il-maratona saret biex il-PN jkun jista’ jkompli jwassal il-messaġġ li l-importanza tiegħu tiżdied iktar fl-aħħar jiem ta’ qabel jum il-votazzjoni.

Id-donazzjonijiet tan-nies ser jintużaw biex il-PN iwassal il-messaġġ bil-modi tradizzjonali u anke permezz tal-mezzi soċjali.

Il-PN fakkar li l-iskema tal-maduma, li s’issa kienet suċċess kbir, għadha għaddejja, fejn persuni jistgħu flimkien jiġbru total ta’ 500 Ewro f’din l-iskema li hija l-vejikolu prinċipali ta’ ġbir ta’ fondi għall-Kampanja Elettorali. U kull min jipparteċipa jingħata ċertifikat iffirmat mill-Kap tal-PN.

Il-flus kollha li nġabbru se jservu ta’ għajnuna kbira għall-PN biex ikompli jaħdem biex iġib il-bidla li dan il-pajjiż tant għandu bżonn. Din il-maratona bdiet qabel l-attività taħt it-tinda barra d-Dar Ċentrali u kompliet sal-11 tas-Sibt filgħaxija.

Dan filwaqt li l-Ħadd fit-3:30pm, Bernard Grech se jkun qed jindirizza Mass Rally f’Dingli Circus f’Tas-Sliema.